
EkoSkola Committee
Proġett EkoSkola
L-iskola primarja tal-Baħrija li tagħmel parti mill-Kulleġġ San Nikola ilha għal dawn l-aħħar snin attiva fil-proġett EkoSkola. Dan il-proġett għandu l-għan li jxerred is-sens ta’ għarfien u responsabbiltà lejn l-ambjent ta’ madwarna b’mod partikulari fl-iskola.
Il-kumitat tal-EkoSkola huwa magħmul mill-membri tal-Kunsill tal-Istudenti u huwa kkoordinat mill-għalliema tal-ewwel sena Ms. Anna Vassallo.
Il-membri tal-Kumitat EkoSkola għal din is-sena huma :
Kyle Agius u Kathleen Grech mis-sitt sena,
Christian Cini u Emily Vella mill-ħames sena,
Celine Cutajar u Elvin Gauci mir-raba’ sena,
Jake Mifsud u Martina Mifsud mit-tielet sena.
L-għan prinċipali tal-Kumitat preżenti huwa l-ambjent tal-iskola tagħna. Il-proġett EkoSkola huwa proġett kontinwu u għalhekk dejjem ikun hemm żviluppi ġodda. Ix-xogħol li nwettqu jiġi regolarment imtella’ fuq il-blog http://bahrijaekoskola.blogspot.com/
F’Ottubru 2010 ġejna mogħtija l-’Green Flag’ bħala rikonoxximent tal-ħidma tal-kumitat favur l-ambjent.
Il-proġett EkoSkola jagħti lill-istudenti l-opportunità biex jesprimu l-opinjonijiet tagħhom u jirrispetta l-ideat dwar l-edukazzjoni tal-istudenti, b’mod partikulari fil-qasam ambjentali.
